St Margaret College Projects

Nixtieq Nerga’ Nibda

Nixtieq Nerġa’ Nibda huwa film qasir ibbażat fuq l-istorja ta’ Amanda Todd. Sally, tfajla ta’ 17 -il sena, tirrakkonta kif bdiet ħbiberija ma’ żagħżugħ, Troy, u f’waħda miċ-chats tagħhom jitlobha rigal speċjali. Dan ir-rigal jibdel ħajjet Sally  ta‘ taħt fuq. Il-ġenituri ta’ Sally ħasbu li setgħu jsolvu l-problema bid-deċiżjoni li ħadu. Imma kollu għalxejn għax ir-rigal li tat lil Troy baqa’ jiġri warajha.

L-iskop tal-film huwa biex iqajjem kuxjenza dwar l-użu ta’ siti soċjali u l-abbuż li jista’ jsir permezz tagħhom. Dawn il-mistoqsijiet jistgħu jgħinu biex tinħoloq diskussjoni dwar dak li ġara lil Sally.

Dan il-film qasir huwa produzzjoni ta’ ZTK Youth Club, parti mill-Kulleġġ Santa Margerita. L-iskop ta’ dan il-grupp huwa biex jagħti opportunità liż-żgħażagħ mill-kulleġġ biex jiskopru u jsaħħu l-abilitajiet  u l-ħliet personali tagħhom. L-idea ta’ dan il-proġett żviluppat minn ħames żgħażagħ li għandhom għal qalbhom id-drama u l-vidjografija. Bl-għajnuna ta’ produttur ta’ programmi lokali, “script writer” u “youth worker”, iż-żgħażagħ għażlu s-suġġett u l-istorja tal-film, l-għażla tal-atturi, ħadmu fuq l-pjan tal-istorja, x’tip ta’ filmati riedu jieħdu, il-props u l-muntaġġ. Fil-proċess iż-żgħażagħ setgħu jifhmu iktar l-impatt li jista’ jkollu l-ibbuljar minn fuq is-siti soċjali u kemm wieħed irid joqgħod attent kif juża dawn is-siti.

Dan kien possibbli bis-sapport tal-Aġenzija Żgħażagħ taħt l-iskema Kun Attiv. L-iskema Kun Attiv għandha l-għan primarju li tipprovdi lill-organizazzjonijiet jew gruppi taż-żgħażagħ b’assistenza finanzjarja biex jiżviluppaw proġetti jew inizjattivi għal dawk li jagħmlu użu mis-servizzi tagħhom u għal komunità inġenerali. Organizazzjonijiet u gruppi huma mistiedna jiżviluppaw proġett b’rabta ma’ numru ta’ suġġetti ta. L-assistenza finanzjarja għal kull inizjattiva tista’ titla’ sa massimu ta’ €2,000. L-organizazzjonijiet jew gruppi taż-żgħażagħ iridu jkunu rreġistrati ma’ Aġenzija Żgħażagħ sabiex ikunu eliġibbli li japplikaw, kif ukoll li jimxu mal-kriterji imfassla għal din l-iskema.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

w

Connecting to %s