Premju Tal-President

il-premjutalpresidentghallk-300x159

Il-Premju tal-President għall-Kreattività għandu l-għan li jgħin fl-iżvilupp ta’ talenti ġodda u fit-tkattir ta’ ħidma marbuta ma’ proġetti tal-arti li jimpenjaw lit-tfal u ż-żgħażagħ fil-komunità. Hemm tliet programmi marbuta mal-Premju- Tfal, Żgħażagħ Komunità.

Il-Premju marbut mat-Tfal jindirizza studenti żvantaġġati li qed jattendu skola primarja jew sekondarja u li juru talent eċċezzjonali fl-arti kreattiva.  L-applikazzjoni ssir permezz ta’ nominazzjoni minn edukatur f’tagħlim formali, informali jew mhux formali.

Il-Premju marbut maż-Żgħażagħ jindirizza persuni kreattivi bejn 17-25 sena. Il-Premju huwa maħsub biex jagħti appoġġ lill-artisti ġodda fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ proġetti kreattivi ma’ operaturi kulturali.  Dawn ikunu proġetti li ser jiġu żviluppati għall-ewwel darba fuq pjattaforma professjonali minn individwi jew gruppi fl-oqsma kreattivi.

It-taqsima marbuta mal-Komunità tindirizza organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet, kemm jekk huma privati kif ukoll pubbliċi, li jħeġġu l-iżvilupp tal-kreattività fost it-tfal u ż-żgħażagħ żvantaġġati. Dan jinkludi proġetti li jimpenjaw artisti u professjonisti oħra biex jiżviluppaw u jimplimentaw programmi ta’ kreattività li jħarsu lejn il-ħtiġijiet tat-tfal u taż-żgħażagħ fi ħdan il-komunità.

Advertisements

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s